VIVA L-IMMAKULATA

Festa Centinarja - Gunju 2005

Biex jitfakkar il-Mitt Anniversarju mill-Inkurunazzjoni tax-Xbieha ta' Marija Immakulata, meqjuma fil-Knisja Kolleggjata taghha, f'Bormla, il-Bormlizi hasbu li jkun xieraq li jsiru festi specjali, barra dawk li jsiru ta' kull sena fix-xahar ghaziz ta' Dicembru.

Bdew diversi preparamenti u thejjijiet u gie deciz li l-ewwel u qabel kollox issir Festa ohra barranija fix-xahar ta' Gunju li kellha tkun iffukata fuq medda ta' ghaxart ijiem. Il-Festi bdew it-Tlieta 14 ta' Gunju fejn wara l-quddiesa tas-soltu li ssir fis-6.00p.m., inharget min-Nicca u giet inawgurata mill-gdid il-Vara titulari, wara li din ittiehdet ghal restawr fix-xhur ta' qabel.

 

L-ghada, l-Erbgha 15 ta' Gunju, fid-Domus Piju IX, fethet Wirja b'xoghlijiet fil-melh u r-ross li bhala tema principali kellha l-kult ta' Marija Immakulata. Fid-9.00p.m. fuq iz-Zuntir tal-Knisja, biswit il-Monument tal-Gwerra, saret attivita' organizzata mill-Kumitat tal-Festa fi hdan ic-Centru 19 ta' Novembru bl-isem ta' "MITT SENA STORJA", li fiha kien hemm l-istorja ta' Bormla fl-ahhar mitt sena.

Il-Hamis 16 ta' Gunju, kien jum iddedikat lit-Tfal tal-Parrocca fejn f'Misrah Bormla giet organizzata attivita' mic-Centri tad-Duttrina li fiha kien hemm prezenti t-tfal tat-tliet oqsma tad-Duttrina. Il-Gimgha 17 ta' Gunju kien il-Jum li fih il-Kan. Kantur Dun Guzepp Bonello, ccelebra gheluq il-50 Sena mill-Ordinazzjoni Sacerdotali tieghu. Dan ghamlu billi kkoncelebra f'quddiesa u wara riceviment fil-Kazin tal-Banda.

Is-Sibt 18 ta' Gunju, Gheluq il-Mitt Sena tal-Vara Titulari. Wara l-quddiesa tas-6.30p.m. li kienet kantata u koncelebrata, sar Pellegrinagg bl-istatwa ta' Marija Immakulata li mar lejn in-nahiet ta' San Gwann t'Ghuxa. Kien Pellegrinagg verament memorabbli li fih spikka wkoll l-loghob tan-nar lejn l-ahhar parti tieghu. Fid-dhul saret il-Barka Sagramentali li fiha tkantat ukoll l-Antifona "Beata Mater" jew kif inhi maghrufa bhala s-"Sancta Maria" ta' Mro. Lorenzo Galea.

Il-Hadd fil-ghodu saret quddiesa ghall-Bormlizi emigranti fil-Parrocca taghna u wara telaq korteo minn fejn il-Knisja Parrokkjali ghal dik li qabe kienet tissejjah Triq il-Gdida. B'effett immedjat minn din il-Gurnata din it-Triq biddlet isimha ghal TRIQ L-INKURUNAZZJONI - 25 TA' GUNJU 1905.

Fil-ghaxija biswit l-imsemmija Triq, propju fi Pjazza Gavino Gulia, waqghet l-attenzjoni tal-Festi ghal dik il-gurnata fejn wara programm muzikali mill-Orkestra tal-Junior College ta' Malta u Orkestra Germaniza, sar il-kxif tal-Monument tac-Centinarju, li warajh segwa t-tberik.

 

It-Tnejn 20 ta' Gunju fil-ghodu bdew zjajjar minn parrocci li huma vicin tal-Belt Cospicua. Fil-ghaxija fil-Knisja Kolleggjata, saret Akkademja Muziko-Letterarja mill-Kor Tota Pulchra li fiha ndaqqew siltiet muzikali mill-pinen ta' Mro. Carlo Diacono, Mro. Michael Camilleri, Mro. Etienne Spiteri, Mro. Mons. Lawrenz Mifsud, Mro. Manuel Mifsud,  u Mro. Ray Sciberras. Wara fit-toroq tan-nahiet ta' San Gwann t'Ghuxa sar Marc mill-Banda "Sliema" ta' tas-Sliema bl-istatwa tal-Papa Piju IX, li segwa sa fuq il-Kolonna fi Pjazza Paolino Vassallo.

L-ghada it-Tlieta, beda it-Tridu Solenni fil-Parrocca, li fih kienu mistiedna diversi ghaqdiet. Hekk ukoll sehh fil-Jum ta' l-Erbgha u l-Hamis. Il-Kant kien f'idejn il-Kor Tota Pulchra.

Fil-ghaxija fi Pjazza Paolino Vassallo, saret Lejla Socjali mtellgha mill-Kummissjoni tac-Centinarju. Fiha hadu sehem diversi persuni distinti flimkien mal-Banda tal-Forzi Armati. Kull ghaqda Bormliza kienet imhegga li tesebixxi xi haga relatata mas-Socjeta' taghha.

L-Erbgha fil-ghaxija, il-Banda San Mikiel ta' haz-Zabbar ghamlet marc bl-istatwa ta' l-Anglu tal-Kolleggjata li ghadda mit-toroq tan-nahiet ta' Fuq San Pawl sal-kolonna tieghu fi Pjazza Paolino Vassallo.

L-ghada, l-Hamis kien l-ahhar Jum tat-Tridu. Wara l-quddiesa fil-Parrocca giet inawgurata u mikxufa lapida mal-faccata tal-Knisja li tfakkar il-Mitt Sena mill-Inkurunazzjoni. Wara li ndaqqet il-Fanfara, il-Banda Madonna tal-Gilju ta' l-Imqabba u l-Banda San Gorg ta' Bormla ghamlu marc mat-Toroq tan-nahiet ta' Verdala u ta' Sta. Margerita bl-istatwi tal-Papa Piju X u tal-Madonna sal-Kolonna fi Pjazza Paolino Vassallo.

Il-Gimgha habat Lejlet ic-Centinarju. Lejlet il-Festa f'kull Post f'Malta hawn id-drawwa li ssir it-Transulazzjoni bir-Relikwa. Hekk ukoll sar dakinhar gewwa Bormla bid-differenza li din saret mill-Knisja ta' Santa Tereza ghall-Parrocca bis-sehem tal-Kavallerija tal-Pulizija, tas-seba' fratellanzi tal-Parrocca, Kavallieri ta' l-Ordni, Patrijiet Terezjani u Religjuzi, u l-Kapitlu. Wara kien hemm tliet marci bis-sehem tal-baned Queen Victoria taz-Zurrieq, San Gejtanu tal-Hamrun u l-Banda lokali San Gorg li bdiet l-impenn taghha bit-translazzjoni, kompliet b'marc u programm fuq il-Plancier. Wara sar il-loghob tan-nar ta' l-art u spettaklu bin-nar ta' l-ajru.

L-attenzjoni tal-Festi kollha kienu fuq il-Jum tal-25 ta' Gunju, gheluq il-Mitt Sena mill-Inkurunazzjoni. Fil-ghodu sar Pontifikal Solenni mill-Arcisqof ta' Malta Mons. Guzeppi Mercieca. Wara l-quddiesa ta' nofsinhar, giet armat il-Kwadru ghal fil-ghaxija. Wara l-quddiesa tas-6.30p.m., beda Purcissjoni Pellegrinagg bil-Kwadru Titulari li fih hadu sehem l-Fratellanzi tal-Parrocca, il-Fratellanzi tal-Kuncizzjoni ta' Malta u Ghawdex, l-Kapitlu tal-Kolleggjata Perinsinji Bormliza u tal-Bazilka ta' Birkirkara u l-Baned Prince of Wales tal-Birgu, Santa Elena u Duke of Connaught ta' Birkirkara u l-Banda La Stella tar-Rabat Ghawdex.